Flotta Ta’ 11-il Ambulanza Ġdida Għall-Isptar Mater Dei

 Flotta Ta’ 11-il Ambulanza Ġdida Għall-Isptar Mater Dei

Is-servizz tal-ambulanzi tal-Isptar Mater Dei se jkompli jitjieb permezz tal-ingaġġ ta’ 11-il ambulanza ġdida li kienu inawgurati mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne flimkien ma’ Dr Michael Spiteri, il-Clinical Chairperson tal-Emerġenza.

Dawn l-ambulanzi, li nġiebu mill-Ġermanja u huma mgħammra bl-aħħar teknoloġija, jeċċedu l-istandards kollha tal-industrija fejn tidħol is-sigurtà u n-numru ta’ trattamenti li jistgħu jiġu offruti, se jintużaw għall-għaxar snin li ġejjin għall-emerġenzi mediċi ta’ pajjiżna. Id-Deputat Prim Ministru spjega li dawn l-ambulanzi huma mgħammra b’automated external cardiac massage, automated external defibrillators, live patient telemetry systems, ventilaturi u  live video streaming, fost tagħmir ieħor li se jtejjeb l-esperjenza tal-ħaddiema kif ukoll tal-pazjenti li jagħmlu użu mis-servizz.

“Illum nistgħu ngħidu li l-ambulanzi tagħna huma mobile ITUs”, qal id-Deputat Prim Ministru filwaqt li spjega kif  dawn l-ambulanzi saħansitra jippermettu li l-ispeċjalisti jaraw is-sitwazzjoni tal-pazjent u jidderieġu lill-ħaddiema tal-ambulanza sakemm jaslu l-Isptar Mater Dei.

Id-Deputat Prim Ministru saħaq li minkejja li diġà qed ikun offrut servizz ta’ eċċellenza, dan id-dipartiment mistenni jkompli jikber sabiex jiżdiedu s-servizzi mogħtija lill-pażjenti fl-Emerġenza fi żmien iqsar. Fakkar li dan l-investiment se jingħaqad mal-katina ta’ proġetti ġodda mnedija fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-isptar fl-aħħar xhur, li jinkludu l-112 Emergency Command Center ġdid u s-servizz tar-rapid response vehicles.

Huwa rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Emerġenza tax-xogħol eċċezzjonali tagħhom.

Ritratti: DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com