Ħaddiem L-Isptar Wara Li Waqa’ Tliet Sulari Minn Fuq Binja Fl-Imrieħel
Raġel ta’ 31 sena ttieħed l-isptar wara li waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari waqt li kien qiegħed jagħmel xogħol bil-membrane. Il-każ seħħ aktar kmieni dalgħodu, fi Triq in-Negozju, fl-Imrieħel. Il-kundizzjoni tal-persuna għadha mhux magħrufa. Intant fi stqarrija l-Awtorità għall-Ħarsien tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) qalet li bdiet tinvestiga dan il-każ.