Ħaddiem Weġġa’ Gravi Ġo Fabbrika F’Ħal Luqa
Raġel ta’ 27 sena mill-Mali u residenti Ħal Luqa sofra ġrieħi gravi f’idu waqt li kien qed juża conveyer belt.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tal-11:00am, ġo fabbrika fi Triq Valletta, Ħal Luqa.
Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.