Iċ-Ċertifikat Tal-Vaċċin Tal-COVID-19 Se Jindika Meta Persuna Tkun Ħadet Id-Doża Tal-Booster
Iċ-Ċertifikat tal-Vaċċin tal-COVID-19 se jibda juri li persuna ħadet it-tielet doża tal-vaċċin, 14-il ġurnata wara t-teħid tad-doża tal-booster.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa spjega li sabiex dan iċ-ċertifikat ikun iġġenerat, wieħed għandu jżur is-sit certifikatvaccin.gov.mt, isegwi l-istruzzjonijiet, iniżżel id-data tal-aħħar doża li ngħatat, u jagħfas “reprint”. It-tielet doża tkun indikata awtomatikament ħdejn “numru fis-serje ta’ tilqim/dożi”.
Ntqal ukoll li sakemm kulħadd ikun irċieva l-istedina tal-booster, iċ-ċertifikat tal-vaċċin b’żewġ dożi se jibqa’ validu f’pajjiżna kull fejn hu mandatorju l-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tal-vaċċin, inkluż għall-ivvjaġġar lejn Malta.