Id-Dinja Kollha Għaddejja Minn Mewġa Kbira Tal-Covid-19… Rekords F’Ħafna Pajjiżi Ewropej

Rapporti internazzjonali qed juru li d-dinja kollha għaddejja b’mewġa qawwija tal-Covid-19. Is-sit BBC wkoll qed jirraporta li dan qed jikkawża stress fuq l-awtoritajiet tas-saħħa tant li anke l-pajjiżi meqjusa sinjuri, qed ikollhom dewmien fis-swabbing minħabba l-ammonti kbar ta’ nies li qed jirrikorru għall-ittestjar.
Franza rraportat 208,000 f’jum
L-Ingilterra kellha 183,037 f’jum.
L-Italja l-ammont tela’ għal 98,020 f’jum
L-Awtsralja kellha rekord ta’ 18,241 każ.
Il-Greċja rraportat 28,828 każ.
Jidher li din il-mewġa tibda tbatti fl-aħħar ta’ Jannar 2022.
Intant bosta huma l-pajjiżi li għaddejjin bit-tilqim b’rata mgħaġġla speċjalment bil-booster fosthom Malta fejn sal-bieraħ kienet tlaqqmet nofs il-popolazzjoni kollha.