“Id-Dinja Kollha Tinsab Fl-Istess Ilma Mhux Malta Biss…”
Dan huwa kliem Michael Muscat li xtaq jasam magħna dan il-ħsieb biex jagħti kuraġġ u tama lill-poplu Malti f’dawn il-jiem li s-soltu nkunu mimlijin entużjajżmu, ferħ u divertiment.
“Ma naħsbux li aħna d-dinja waħedna. Id-Dinja kollha għaddejja minn dan is-saram u maskri u kollox. Għada jisbaħ aħjar!”, qalilna Muscat.
Tenna li forsi l-Malti jgerger iżjed imma ried jagħti kuraġġ biex ma naqtgħux qalbna. Għalkemm illum għandu 80 sena u s-soltu l-hena tiegħu meta jistednuh it-tfal, din is-sena ħass li għall-ġid ta’ kulħadd, aħjar joqogħdu ġo darhom. “Nilħqu niltaqgħu m’hemmx x’tagħmel. Nipprova narahom bl-ipad għalkemm ma nafx nużah sew!”
Kemm hu ħelu Michael. Awguri u grazzi tal-pożittività tiegħek.