Il-Covid-19 Se Tibqa’ Magħna Għal Dejjem?
“Il-Covid-19 se tibqa’ magħna għal dejjem?” Hekk saqsa l-MPE Alfred Sant fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Mistoqsija li żgur ħafna minnkom diġà għamiltu. Kemm fadlilna b’din il-pandemija? Ħa nerġgħu mmorru lura kif konna qabel?
Alfred Sant qal li hemm min qed jgħid hekk, u mhux fit-toroq, imma fiċ-ċenakli tax-xjenzati li jifhmu f’kif jiżviluppaw il-pandemiji.
“Ħalliha li xi sena ilu, kienu qed jgħidulna affarijiet differenti…”, tenna Alfred Sant, filwaqt li sostna li hu minnu wkoll li quddiem marda li għandha firxa differenti mill-epidemji li ġew qabilha, ix-xjentifiċi u t-tobba għadhom qed jifhmu kif l-aħjar se jkomplu jiġġeldulha…