Il-Familja Abela Llum Ħadet Il-Booster U Ħeġġew Lill-Pubbliku Biex Ma Jitlifx Dan Iċ-Ċans

 Il-Familja Abela Llum Ħadet Il-Booster U Ħeġġew Lill-Pubbliku Biex Ma Jitlifx Dan Iċ-Ċans

“Sena mill-wasla tal-vaċċin f’pajjiżna, illum kien imiss lilna bħala familja biex nimxu mal-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa.”

Hekk kiteb il-Prim Ministru Robert Abela fuq il-facebook tiegħu fejn tenna li flimkien ma’ Lydia ħadu l-booster u binthom Giorgia Mae ħadet l-ewwel doża.

“Grazzi għall-vaċċin pajjiżna salva sajf ta’ xogħol u bosta xhur qrib in-normalità. Bil-booster irridu nsalvaw ix-xitwa u nidħlu b’saħħitna għar-Rebbiegħa.

Ħu Ħsieb, Ħu l-Booster int ukoll.” appella l-Prim Ministru Robert Abela.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com