IL-Futboler Andrew Cohen Jingħata Ġieħ Fir-Raħal Li Trabba U Jgħix

 IL-Futboler Andrew Cohen Jingħata Ġieħ Fir-Raħal Li Trabba U Jgħix

Il-futboler Andrew Cohen, li din is-sena qed itemm il-karriera tiegħu bħala player, ingħata l-ogħla unur fir-raħal li fih trabba u jgħix, il-Kalkara.

Andrew Cohen beda jitħarreġ il-futbol fl-eta’ ta’ 11 -il sena man-nursery ta’ Hibernians u kiber fi ħdan dan il-klabb.

Kif spiċċa minn mat-tim tal-Hibernians beda jilgħab mat-tim ta’ Gzira United. Illum huwa l-Assistant Kowc ta’ l-istess Gzira United.

Is-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina ddeskriva lil Andrew Cohen bħala iben ir-raħal. Saħaq li r-raħal huwa kburi b’dan il-player li għamel unur għalih innifsu u għal Malta hekk kif għal xi żmien kien jilgħab mat-tim nazzjonali Malti tal-futbol.

Illum Cohen għandu 40 sena u nhar it-Tnejn li ġej, 13 ta’ Diċembru fi tmiem tal-karriera professjonali tieghu bħala futboler ser jiċċelebra b’logħba apposta u unika hekk kif ser jilgħab ma’ żewġ selezzjonijiet li għażel hu stess, waħda ta’ Hibernians u oħra tal-Gżira. Logħba li d-dħul tagħha ser imur kollu għal Puttinu Cares.

Awguri Andrew.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com