Il-Ġermanja Tidher Li Ħa Timxi Fuq Il-Passi Ta’ Malta Fil-Liġi Li Titratta L-Użu Tal-Kannabis

 Il-Ġermanja Tidher Li Ħa Timxi Fuq Il-Passi Ta’ Malta Fil-Liġi Li Titratta L-Użu Tal-Kannabis

Il-Ġermanja tidher li ħa tkun it-tieni pajjiż Ewropej wara Malta li jillegalizzaw l-użu tal-kannabis u l-bejgħ tagħha minn postijiet liċenzjati.

Dan tħabbar wara proposta li saret mill-Gvern f’koalizzjoni, fejn il-Partit kollha tennew li huma favur din il-liġi u għalhekk ħa jkunu qed jipproponu liġi f’dan ir-rigward f’isem il-Gvern.

Dan qed isir wara li l-Partit Demokristjan tal-Kanċillier Angela Merkel kien waqqaf din il-proposta għal diversi snin sakemm damet fil-kariga. Issa li Angela Merkel m’għadix fil-poter tal-pajjiż din il-proposta reġat ħarġet fost il-Partiti li jiffurmaw il-Gvern Ġermaniż.

Jekk tidħol din il-liġi fil-Ġermanja dan ikun l-akbar pajjiż fid-Dinja li jkun għamel legali l-użu tal-kannabis wara l-Urugwaj, il-Kanada, Malta u 18-il Stat Amerikan.

Ritratt: independent.co.uk

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com