Il-Ħaddiema Tal-Korpi Dixxiplinati Bdew Jirċievu L-Appuntamenti Għall-Booster Kontra L-COVID-19

 Il-Ħaddiema Tal-Korpi Dixxiplinati Bdew Jirċievu L-Appuntamenti Għall-Booster Kontra L-COVID-19

Mil-lum bdew jintbagħtu SMSs bl-appuntamenti tad-doża tal-booster kontra l-COVID-19 lill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, tal-Korp tal-Pulizija, tal-Protezzjoni Ċivili, tal-LESA u l-ħaddiema tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħadmu id f’id mat-tmexxija ta’ dawn l-entitajiet sabiex inġabru d-dettalji tal-ħaddiema li jixtiequ jitlaqqmu bil-booster.

Fi stqarrija ntqal li l-proċess tat-tilqim ta’ dan il-grupp mistenni jkun komplut fi ftit jiem, sabiex b’hekk tkompli tiżdied l-immunità tal-poplu Malti kontra l-COVID-19.

Bħalissa l-programm ta’ vaċċinazzjoni huwa miftuħ għal kull min għandu ‘l fuq minn 50 sena u r-reġistrazzjoni għat-tilqima tista’ ssir fuq vaccin.gov.mt.

Ritratt: Facebook / The Malta Police Force

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com