Il-Kunsilli Lokali Jagħtu Sehemhom Favur Is-Soċjetà Anke F’Dawn Iż-Żminijiet – It-Tema ‘Resident First’ Titħaddem Bis-Sħiħ

 Il-Kunsilli Lokali Jagħtu Sehemhom Favur Is-Soċjetà Anke F’Dawn Iż-Żminijiet – It-Tema ‘Resident First’ Titħaddem Bis-Sħiħ

L-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali din is-sena kienet ukoll strumentali favur soċjetà aħjar. Tkellimna mal-President Mario Fava fejn qalilna: “Għalkemm dan mhux punt li hu mitlub minna bil-liġi, ilkoll ħassejna li għandna nagħtu s-sehem tagħna biex nibqgħu viċin in-nies”.

Il-Kunsilli Lokali ħadmu sa mill-bidu tal-pandemija tal-Covid-19 biex ikomplu jagħtu l-aqwa servizz lir-residenti tagħhom dejjem b’attenzjoni u rispett lejn kull individwu.

F’attività annwali bejn il-kunsilliera u ħaddiema matul din is-sena, inġabru madwar €2,155 kif ukoll il-kontribut totali lejn il-President’s Solidarity Fun Run kien ta’ €277,000.

Inġabru wkoll €860 għat-tfal fl-istituzzjonijiet li minnhom inxtrat friża u 8 heateras għall-kmamar tat-tfal li jgħixu fid-djar rispettivi f’pajjiżna.

“Dan juri wkoll li aħna tassew nemmnu f’viżjoni ta’ ‘resident first, better quality of life’ li bdiet mill-2019 u li beħsiebna nkomplu naħdmu favur kull ċittadin f’pajjiżna”, temm jgħid Mario Fava.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com