Il-Lejla Fil-Parlament Jittieħed Il-Vot Finali Dwar Il-Liġi Tal-Kannabis

 Il-Lejla Fil-Parlament Jittieħed Il-Vot Finali Dwar Il-Liġi Tal-Kannabis

Il-lejla fil-Parlament ħa jkun qed jittieħed vot storiku ieħor dwar l-abbozz ta’ liġi dwar l-kultivazzjoni u l-konsum responsabbli tal-kannabis.

B’vot favur dan l-abbozz ifisser li din il-liġi tidħol fis-seħħ sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa. B’hekk Malta tkun l-ewwel pajjiż Ewropej li jkun daħħal liġi ta’ din ix-xorta.

Ta’ min jgħid li l-Olanda, pajjiż magħruf ħafna għall-marijuana tista’ tiġi kkonsmata biss f’kafetteriji apposta u mhux fil-pubbliku, għalkemm użu personali huwa dekriminalizzat.

Simili ta’ pajjiżna ħa jkun hemm il-Lussemburgu li approva liġi biex wieħed jkun jista’ jkabbar il-pjanta hu stess, però għada ma’ ġietx implimentata.

Din il-liġi mistennija li tgħaddi, għalkemm l-Oppożizzjoni u bosta għaqdiet mhux governattivi huma kontra li jseħħ dan.

Inti x’taħseb dwar din il-liġi?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com