Il-Liġi Tal-Kannabis Tgħaddi Għall-Aħħar Fażi Tagħha Wara Li Ġiet Approvata Mill-Kumitat Parlamentari

 Il-Liġi Tal-Kannabis Tgħaddi Għall-Aħħar Fażi Tagħha Wara Li Ġiet Approvata Mill-Kumitat Parlamentari

Il-liġi tal-kannabis waslet fl-aħħar fażi tagħha hekk kif ilbieraħ ġiet approvata f’livell ta’ Kumitat Parlamentari.

Il-pass li jmiss issa huwa li din il-liġi tgħaddi mill-aħħar stadju tagħha, dak tat-tielet qari.

Il-Ministru Owen Bonnici  fuq il-mezzi soċjali tiegħu qal li dan kien pass importanti ieħor sabiex dan l-abbozz isir liġi.

Huwa qal ukoll li l-Oppożizzjoni ma ressqet l-ebda emenda, filwaqt li irringrazzja lil kull min ipparteċipa u għamel l-interventi tiegħu f’dan l-istadju.

Id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar ukoll kitbet messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħha fejn qalet li din hi riforma li b’kuraġġ u b’sens ta’ ġustizzja soċjali tindirizza realtà li tħalliet taħt it-tapit għal diversi snin.

Rosianne Cutajar kienet ħadmet fuq il-White Paper dwar ir-riforma fil-liġi fuq l-użu responsabbli tal-kannabis meta kienet għadda tokkupa l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com