Il-Papa Franġisku Jikkritika Bil-Qawwa L-Proposti Tal-Kummissarju Helena Dalli

 Il-Papa Franġisku Jikkritika Bil-Qawwa L-Proposti Tal-Kummissarju Helena Dalli

Fl-aħħar jiem smajna fuq il-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea f’dokument li kienet responsabbli minnu l-Kummissarju Helena Dalli. Dokument li kien ħa jwassal sabiex il-kliem ‘Milied’ u ‘Maria’ fost oħrajn jkunu pprojbiti fl-istituzzjonijiet Ewropej, dan bl-għan li uffiċjali tal-Kummissjoni jersqu aktar lejn ambjent inklussiv.

Dan ir-rapport qala kritika ħarxa ħafna minn bosta b’reazzjonijiet negattivi li wasslu sabiex il-Kummissjoni tirtira dan d-dokument bil-Kummissarju Maltija Helena Dalli tgħid li dawn il-linji gwida ma kienux finali.

Il-Papa Franġisku fl-aħħar jiem ukoll kritika dawn il-linji gwida bl-aktar mod qawwi hekk kif fi triqtu lura mill-vjaġġ appostoliku minn Ċipru u l-Greċja lejn Ruma, abbord l-ajruplan qal li dan id-dokument huwa antikwat u li diġà pruvat tiġri fil-passat. Huwa ta eżempju b’Napuljun u d-dittatorjat Nazzista, fejn qal li fl-istorja ħafna kienu d-dittaturi li ppruvaw iwettqu xi ħaġa simili. “Hi moda ta’ sekulariżmu fjakk,” qal il-Papa Franġisku.

Lill-ġurnalisti abbord l-ajruplan il-Papa żied jgħidilhom li l-Unjoni Ewropea trid tmur lura għall-ideali tal-fundaturi tagħha u, filwaqt li tirrispetta lil kull pajjiż, “toqgħod attenta li ma tkunx mezz ta’ kolonjaliżmu ideoloġika.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com