Il-Parlament Malti Japprova L-Budget Għas-Sena 2022

 Il-Parlament Malti Japprova L-Budget Għas-Sena 2022

Fl-aħħar seduta Parlamentari għal din is-sena li saret ilbieraħ, il-Membri Parlamentari approvaw il-Budget għas-sena 2022, b’nefqa ta’ kważi €5 biljun. Dan il-Budget għada b’36 vot favur mid-Deputati tal-Gvern u 27 vot kontra mid-Deputati tal-Oppożizzjoni.

Din l-approvazzjoni waslet wara kważi xahrejn mill-qari tal-Budget. Il-Budget kien preżentat nhar it-Tnejn 11 ta’ Ottubru, fejn fil-ġimgħa ta’ wara segwiet ir-reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni u r-replika tal-Prim Ministru. Mill-20 ta’ Ottubru beda d-dibattitu dwar l-estimi finanzjarji ta’ kull ministeru li ntemm f’nofs Novembru.

Issa l-Parlament aġġorna għall-btajjel tal-Milied u jerġa’ jiftaħ għas-seduti fl-10 ta’ Jannar tal-2022.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com