Il-PL Jsostni Li Huwa L-Unika Garanzija F’Pajjiżna Ta’ Aktar Riformi U Ġustizzja

 Il-PL Jsostni Li Huwa L-Unika Garanzija F’Pajjiżna Ta’ Aktar Riformi U Ġustizzja

Fi stqarrija, l-Partit Laburista qal li nnota l-eżitu tal-vot fil-Parlament li ttieħed ilbieraħ dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jwaqqaf l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis.

Il-PL qal li permezz ta’ dan il-qafas legali ġdid, li tfassal wara konsultazzjoni pubblika estensiva u li għaliha l-Oppożizzjoni ta’ Bernard Grech għażlet li ma tipparteċipax, ġew stabbiliti regoli ġodda dwar pussess, konsum u kultivar ta’ kannabis għall-użu personali b’mod responsabbli, kif ukoll tipprovdi għat-twaqqif ta’ Awtorità ġdida biex tirregola l-ħidma tal-assoċjazzjonijiet non-profit li se jitwaqqfu f’dan is-settur.

“B’hekk filwaqt li l-Gvern ħa pożizzjoni ta’ harm reduction biex jitnaqqas id-dannu, assigura li din ir-riforma tattakka wkoll iċ-ċrieki tat-traffikar tal-kannabis, il-black market u l-ħsara li tiġi minn kwalità inferjuri u l-kriminalità assoċjata,” saħaq il-PL fl-istqarrija.

Sostna wkoll li għal darb’oħra l-PL irrijafferma ruħu bħala l-Partit fil-Gvern li b’responsabiltà jilleġisla riformi li s-soċjetà tkun qed tokrob għalihom. “Aktar minn hekk, din ir-riforma se sservi ta’ ġustizzja ma’ dawk li jagħmlu użu personali tal-kannabis.”

Il-PL temm jgħid li “l-bidla ma ġġibhiex billi twaħħal il-billboards jew tikteb l-istatuses imma billi twettaq b’kuraġġ riformi bżonnjuzi u b’saħħithom.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com