Il-PN Qed Jgħid Li Il-Ħatra Ta’ Clifton Grima Bħala Ministru Ma Jagħlaqx Il-Każ Ta’ Justyne Caruana
“Il-ħatra ta’ Clifton Grima bħala Ministru tal-edukazzjoni ma jagħlaqx il-każ ta’ Justyne Caruana. Dan il-każ għad għandu ħafna truf li għadhom ma ġewx indirizzati minn Robert Abela.”
Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista hekk kif dalgħodu l-Gvern ħabbar din il-ħatra.
Fi stqarrija l-PN qal li għad hemm ukoll s-sejħa tal-Kummissarju għall-Istandards għal Investigazzjoni Kriminali pendenti.
Ntqal li f’dan l-iskandlu tal-Ministeru hemm implikat ukoll is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Frank Fabri, li minkejja r-rapport, għadu fil-kariga li kien qed jokkupa fi żmien Justyne Caruana. Il-PN jesiġi li s-Segretarji Permanenti fis-servizz pubbliku għandhom kollha jaqdu dmirhom sabiex jissalvagwardjaw l-interess tas-settur mill-aġir abbuziv tal-ministri u mhux biex jgħattu l-abbuż.
Il-PN jfakkar wkoll li fi ħdanu wkoll l-Gvern ta’ Robert Abela għandu Deputat li qed tieħu passi kontra l-Gvern fuq liġi li daħħal Gvern Laburista u li hi kienet ivvotat favuriha
Il-PN temm jgħid li s-settur edukattiv għad għandu fuqu dell ikrah, settur li għadda minn ħafna tant li dan hu t-tielet Ministru f’din il-leġislatura. “L-edukazzjoni ta’ uliedna jixirqilha ferm aħjar.”