Il-Prim Ministru U Martu Jistiednu Lill-Pubbliku F’Kastilja Għal Skambju Ta’ Awguri

 Il-Prim Ministru U Martu Jistiednu Lill-Pubbliku F’Kastilja Għal Skambju Ta’ Awguri

Il-Prim Ministru Robert Abela u martu Dr Lydia Abela se jkunu qed jilqgħu lill-pubbliku fil-Berġa ta’ Kastilja nhar is-Sibt 18 ta’ Diċembru bejn 4.15pm u 5.45pm biex jawguraw lil xulxin fl-okkażjoni tal-Milied u s-Sena l-Ġdida.

Fi stqarrija ntqal li kull min jixtieq jiltaqa’ mal-Prim Ministru u Dr Lydia Abela qed jintalab iċempel fuq 22002400/1 biex iħalli d-dettalji tiegħu.

L-Uffiċju tal-Prim Ministru żied jgħid li waqt li jkun fil-Berġa ta’ Kastilja, il-pubbliku se jkun jista’ jara s-swali tal-Kabinett u tal-Ambaxxaturi u, kull min jixtieq, se jkun jista’ wkoll jiffirma l-ktieb tal-viżitaturi.

Matul il-bdil tal-awguri, se jkunu osservati r-regoli b’rabta mal-Covid-19.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com