Il-Vaċċin Tal-Covid-19 Se Jsir Obbligatorju Fil-Ġermanja
Il-vaċċin tal-Covid-19 se jsir obbligatorju fil-Ġermanja minn Frar li ġej. Dan wara li l-mexxejja tar-Reġjuni ltaqgħu biex jiddiskutu iżjed restrizzjonijiet minħabba l-pandemija.
Intqal li dawk li mhux ivvaċċinati kontra l-Covid-19, mhux ser jitħallew jidħlu fil-ħwienet mhux essenzjali u anqas jattendu attivitajiet fejn anke jridu jsegwu lockdown.
Jidher li l-Ġermanja qed dejjem iżżid fil-każijiet tal-Covid-19 fejn sal-bieraħ, il-Ħamis 2 ta’ Diċembru kienu rrapurtati 74,000 każ ġdid.
Ritratt: DW