Illum Huwa L-Aħħar Ċans Biex Tħalli Rigal Għat-Tfal Fil-Bżonn Taħt Is-Siġra Tal-Milied F’Pjazza Kastilja

 Illum Huwa L-Aħħar Ċans Biex Tħalli Rigal Għat-Tfal Fil-Bżonn Taħt Is-Siġra Tal-Milied F’Pjazza Kastilja

Illum huwa l-aħħar ċans biex wieħed iħalli r-rigali taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja.

Għat-tieni sena mart il-Prim Ministru Lydia Abela ħadet din l-inizjattiva ‘Rigal b’Imħabba’ sabiex jinġabru rigali għat-tfal fil-bżonn.

“Grazzi tal-ġenerożità kbira li qed turu llum,” kitbet Dr. Lydia Abela fuq il-mezzi soċjali tagħha ftit tal-ħin ilu.

Hija qalet li mijiet ta’ rigali diġà waslu fi Pjazza Kastilja biex jitwasslu lit-tfal fil-bżonn.

“Għandkom sas-sitta tal-lejla biex tkunu parti minn din l-inizjattiva ta’ mħabba,” tenniet mart il-Prim Ministru.

Fl-inizjattiva ta’ din is-sena qed jieħdu sehem ukoll il-forzi dixxiplinati, fejn qed jagħtu daqqa t’id biex ir-rigali miġbura jitqassmu lil dawk it-tfal fil-bżonn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com