Illum Tibda X-Xitwa… Iseħħ Is-Solstizju

 Illum Tibda X-Xitwa… Iseħħ Is-Solstizju
Illum it-Tlieta 21 ta’ Diċembru 2021, iseħħ is-solstizju tax-xitwa (‘winter solstice’) li din is-sena se jkun preċiżament fil-4.59p.m.
Xi jkun dan? 🤔
Nhar it-Tlieta 21/12 hija l-iqsar ġurnata u l-itwal lejl fl-emisfera ta’ fuq (‘Northern Hemisphere’) tad-dinja. Iċ-Ċirku Artiku (‘North Pole’) ikun fl-aktar punt imġenneb ‘il bogħod mix-xemx (-23.5°), peress li d-dinja għandha l-fwies tagħha mġennbin (‘tilted axes’) li permezz t’hekk jeżistu l-istaġuni.
Ta’ min jgħid li filwaqt li dan il-fenomenu jagħti l-bidu għax-xitwa fl-emisfera ta’ fuq tad-dinja, fl-emisfera t’isfel jibda s-sajf u allura hemmhekk igawdu l-itwal jum u l-iqsar lejl – bil-kontra tagħna!
Preċiżament, il-ġurnata (l-iqsar waħda) tagħna nhar it-Tlieta li ġej twila 9 sigħat u tliet kwarti, filwaqt li l-lejl twil 14-il siegħa u kwart – ix-xemx titla’ fis-7.09a.m. u tinżel fil-4.51p.m.
Mill-Milied ‘il quddiem il-ġranet jerġgħu jibdew jitwalu u tibda t-triq lejn is-sajf tal-2022.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com