Imut Il-Kardjologu U L-Eks Membru Parlamentari Albert Fenech
Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt tal-kardjologu Albert Fenech.
Fenech kellu 70 sena u minn rapporti jidher li huwa nstab mejjet fir-residenza tiegħu u li l-kawża tal-mewt x’aktar hija waħda naturali.
Albert Fenech serva wkoll bħala Membru Parlamentari mal-PN bejn l-2013 u l-2016.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja ta’ Albert Fenech u esprima l-kondoljanzi sinċiera mal-familja u ħbieb tiegħu.
Il-PN qal li t-telfa tiegħu hija telfa għal Malta.