Ir-Riħ Qawwi Jħalli Ħerba Fil-Belt Valletta Matul Dan Il-Lejl

Hekk kif il-lejla mistenni jiġi miftuħ b’mod uffiċjali l-villaġġ tal-Milied f’Pjazza Tritoni, l-ħaddiema kellhom iqumu għal biċċa xogħol li ma kienetx pjanat sabiex jerġgħu jirranġaw il-ħsarat li saru fl-armar matul dan il-lejl.
Kif jidhru fir-ritratti r-riħ qawwi li għamel fl-aħħar sigħat sfortunatament ikkawża diversi ħsarat.
It-twissija ta’ riħ qawwi ħafna mill-Majjistral ħa tibqa’ fis-seħħ sad-9:00pm, fejn gradwalment inaqqas is-saħħa għal forza 5 mill-Punent sal-lejl li ġej.
Wieħed għandu joqgħod attent ukoll mill-baħar qawwi ħafna l-aktar fejn jaqbel.
Ritratti: Facebook