It-Tabib Michael Farrugia Jiċċelebra Għeluq Sninu – Il-Kelma ‘Rispett’ Lejn Xulxin Hija L-Iżjed Importanti Fil-Karriera Tiegħu
It-Tabib Michael Farrugia llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Fuq il-midja soċjali tiegħu tella’ tliet ritratti li jfakkruh fl-ewwel sigħat ta’ ħajtu fil-jum tat-28 ta’ Diċembru.
Fl-ewwel ritratt, jidher f’idejn il-ġenituri tiegħu u mbaghad jidher ukoll biswit id-dar fejn twieled għall-ħabta tal-5pm. Fiha għex l-ewwel sitt snin minn ħajtu.
Wera wkoll ritratt tas-Siġġiewi; il-lokalità li fiha twieled u kien jgħix mal-ġenituri tiegħu. Illum Dr. Michael Farrugia ilu resident Naxxari fejn minn hemm beda wkoll il-karriera politika tiegħu.
Farrugia għandu ħamest itfal kollha bin-nisa u l-irġiel tagħhom u disa’ neputijiet; 6 subien u 3 ibniet. L-etajiet huma; l-akbar bl-età ta’ 6 snin u l-iżgħar għandha 6 ġimgħat.
Meta staqsejnieh għaliex jifhem daqshekk lill-pubbliku u jħobb jagħder, tenna li din tiġi anke mill-professjoni ta’ tabib fejn kien jiltaqa’ ma’ kull tip ta’ persuni fis-soċjetà u li ħafna drabi jifhem il-problemi diversi li jista’ jkollu l-individwu jew il-familji fejn kien jagħmel minn kollox biex jara kif jista’ jkun t’ assistenza għalihom.
“Il-professjoni ta’ tabib naħseb tagħtni opportunità wkoll li nifhem ħafna mill-problemi li kienet qed tiffaċċja s-soċjetà Maltija u li dejjem xtaqt nagħmel xi ħaġa u nkun nista’ nkun f pożizzjoni li nagħmel il-ġid lis-soċjeta inġenerali li b’ mod dirett jew indirett, inkun qed nolqot lil dawn il-familji. Kienet ir-raġuni partikolari u unika, għaliex iddeċidejt li noffri l-kandidatura tiegħi għall-elezzjoni ma’ dak il partit li kellu prinċipji ibbażati fuq l-għajnuna lejn iż-żgħir filwaqt li jagħti l-ispazju u s-sapport neċessarju lill-persuni oħra biex ikomplu jimxu ‘il quddiem.”
Awguri Dr. Farrugia.