It-Tipjip F’New Zealand Mhux Se Jibqa’ Legali Għaż-Żgħażagħ

 It-Tipjip F’New Zealand Mhux Se Jibqa’ Legali Għaż-Żgħażagħ

B’mod uffiċjali New Zealand ħabbar li l-ġenerazzjoni li jmiss mhux ħa tkun possibbli għaliha li tpejjep sigaretti b’mod legali. Dan wara li l-Prim Ministru Jacinda Ardern iddeċidiet li tintroduċi miżuri biex taqta’ is-sigaretti u tiprojbixxi t-tipjip għal dawk li twieldu mill-2008 ‘il quddiem.

“Dan huwa jum storiku għas-saħħa tal-poplu tagħna” qalet il-Ministru għas-Saħħa Dr. Ayesha Verrall, fejn skont l-esperti tas-saħħa qalu din il-mossa se twassal biex iż-żgħażagħ ma jaqgħux fil-vizzji.

“Irridu li fil-futur, iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-tipjip”, qalet il-Ministru tas-Saħħa ta’ New Zealand.

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand minn naħa tagħha qalet li għal darba oħra dan il-pajjiż qed ikun fuq quddiem, kif ukoll qed timmira li sal-2025 tnaqqas b’5 fil-mija r-rata tat-tipjip, bil-ħsieb li fil-futur ikunu eliminati għal kollox is-sigaretti.

Ritratt: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com