“Iwiegħed Ħafna Imma Jwettaq Ftit Li Xejn” – Il-Partit Nazzjonalista

 “Iwiegħed Ħafna Imma Jwettaq Ftit Li Xejn” – Il-Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista jrid aktar familji u żgħażagħ isiru sidien ta’ darhom. Għalhekk qed jappella lil-Gvern biex ineħħi minnufih il-kundizzjonijiet ambigwi tal-avviż legali li jimplimenta l-eżenzjoni mit-taxxa tal-propjetà għal xerrejja u bejjiegħa fuq propjetajiet fiċ-ċentru tal-irħula u għal propjetajiet li ilhom abbandunati sena snin. Hekk tenna fi stqarrija.

Intqal li dan kien antiċipah diġà l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fid-diskors tar-replika tal-budget fejn appella lill-Gvern li jwessa l-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni.

“Il-Gvern Laburista jurik kollox ileqq, iżda meta taqra l-kundizzjonijiet bit-tipa żgħira tinduna li hemm il-ħadma. Fil-budget u bil-billboards fejn nefaq mijiet ta’ eluf ta’ euro f’riklamar, wiegħed eżenzjoni mit-taxxa fuq il-propjetà biex jidher sabiħ iżda fl-avviż legali pubblikat nhar il-ġimgħa illimita l-eżenzjoni b’mod li ma tistax tużaha.

Tant huwa minnu dan li l-Kunsill Notarili ħabbar li mhux ser japplika l-eżenzjoni mħabbra fil-budget qabel ma l-Gvern jiċċara l-avviż legali. Dan in-nutara qed jagħmluh biex jipproteġu klijenti mill-konsegwenzi legali tal-ambigwità li ħoloq il-Gvern.”

Il-kundizzjonijiet li daħħal il-gvern huma perversi doppjament għax jillimitaw it-titjib u rinnovament ta’ propjetajiet abbandunati u joħolqu tensjoni u lok għal konfront u kawżi legali bejn xerrej u bejjiegħ.

Il-Partit Nazzjonalist jappella biex il-gvern iħassar minnufih l-Avviż legali u jgħaddi ieħor mingħajr il-kundizzjonijiet ambigwi li jillimitaw l-applikazzjoni tal-eżenzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com