Jeħtieġ Co-Option Biex Jimtela’ S-Siġġu Parlamentari Vojt Ta’ Silvio Grixti

Il-Partit Laburista se jkollu bżonn jaħtar Membru Parlamentari permezz ta’ co-option biex jimla s-siġġu vojt ta’ Silvio Grixti wara li sal-lum ma kkontesta ħadd.
Fi stqarrija l-Kummissjoni Elettorali qalet li fil-ħames jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali tal-Membru Parlamentari fuq it-tielet distrett.
Dan ħa jkun il-ħames co-option fil-Gvern imexxi minn Robert Abela wara li Clyde Caruana, Miriam Dalli, Oliver Scicluna u Jonathan Attard kollha ħadu l-kariga ta’ Membru Parlamentari permezz ta’ co-option.