Jitfaċċa L-Varjant Omicron Fiċ-Ċina

 Jitfaċċa L-Varjant Omicron Fiċ-Ċina

Mijiet ta’ eluf ta’ nies tpoġġew f’kwarantina fiċ-Ċina wara li nstab l-ewwel każ tal-varjant tal-Omicron.

Fiċ-Ċina s-sitwazzjoni kienet waħda taħt kontroll hekk kif ilbieraħ kienu rappurtati 74 każ biss fil-provinċja ta’ Zhejiang. Dan wara diversi miżuri hekk kif f’Beijing se jkunu qed isiru l-Olimpijadi tax-xitwa fi Frar li ġej.

Wara li nstab dan l-ewwel każ tal-varjant Omicron, madwar 250,000 persuna f’Zhejiang kellhom jidħlu f’kwarantina sabiex il-varjant ma jkomplix jinfirex, wara li f’ġurnata waħda n-numru ta’ każijiet irdoppja.

Daħlu wkoll aktar restrizzjonijiet u infurzar fil-portijiet sabiex jkomplu jipprevjenu.

Iċ-Ċina kien irnexxielha trażżan dan il-virus wara li kienet daħlet diversi miżuri, fosthom testijiet tal-massa u diversi lockdowns ta’ bliet sħaħ.

S’issa dan il-varjant nstab f’aktar minn 50 pajjiż, u fl-Ingilterra ġie rrapportat l-ewwel mewt kawża ta’ dan il-varjant.

Ritratt: The Guardian

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com