Jitressaq Rekord Ta’ Abozzi Tal-Liġi Fi 23 Xahar

“L-Amministrazzjoni Robert Abela fi 23 xahar ressqet 145 Abbozz ta’ Liġi għall-proċedura tal-Ewwel Qari fil-Parlament.” Hekk kiteb il-Ministru tal-Ġustizzja u Governanza Edward Zammit Lewis fejn tenna li l-Ministeru li huwa jmexxi, ressaq 56 minn dawn l-Abbozzi.
Saħaq li dan huwa rekord assolut u ta’ kull żmien kemm għall-Amministrazzjoni Robert Abela, kif ukoll għalih personali bħala Ministru tal-Ġustizzja li ressaq kważi 40% tal-Abbozzi kollha tal-Gvern f’dan l-aħħar żmien.
Temm jgħid li jħossu fid-dmir li jibqa’ jaħdem mat-tim tiegħu favur liġijiet għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.