Jordan Azzopardi Jeħel 7 Xhur Ħabs Talli Sawwat Raġel U Ħallieh Għarwien Fit-Triq

 Jordan Azzopardi Jeħel 7 Xhur Ħabs Talli Sawwat Raġel U Ħallieh Għarwien Fit-Triq

Jordan Azzopardi magħruf bħala “El Chapo ta’ Malta” kien ikkundannat 7 xhur ħabs wara li nstab ħati li hedded żewġ persuni u sawwat raġel tant li ħallieh għarwien fit-triq.

Jordan Azzopardi, ta’ 32 sena mill-Iklin, kien akkużat li f’Ġunju 2015, flimkien ma’ pesuna oħra, heddew mara u raġel u anke kkaġunaw ġrieħi gravi fuq ir-raġel.

Azzopardi wieġeb mhux ħati madanakollu wara li l-Pulizija ressqet u għalqet il-provi tagħha, huwa għażel li jammetti għal dawn l-akkużi.

Minkejja l-ammissjoni tiegħu kien innotat mill-Maġistrat Nadine Lia li ma ddispjaċihx għal għemilu, tant li ma għamilx tajjeb għal ħsara li kkaġuna lill-vittma u lanqas talab apoloġija.

Hija nnutat li huwa ammetta meta l-kawża kienet kważi waslet fi tmiemha wara 33 seduta.

Id-Difiża talbet għal sentenza sospiża, liema talba kienet maqbula mill-prosekuzzjoni, iżda irrifjutata mill-Maġistrat Lia.

Hija żiedet li kien hemm attentat sabiex il-vittma jitkaxkar f’karozza li kien fiha l-imputat biex isawtuh iżda l-vittma rnexxielu jaħrab minn fuq il-post.

Madankollu, żiedet tosserva li l-vittma qala’ xebgħa, issawwat u sofra ksur fl-għadam li kienu gravi tant li kellu jiġi rikoverat fl-isptar.

Il-Maġistrat Lia wissietu wkoll biex għat-tliet snin li ġejjin ma jersaqx lejn iż-żewġ vittmi jew b’xi mod jheddidhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com