Kif Se Tqattgħu L-Lejl Tal-Milied?

 Kif Se Tqattgħu L-Lejl Tal-Milied?

Forsi bħalissa qisek tibża’ tistaqsieha din il-mistoqsija għax malajr jaqbżu fuqek. Imma rridu nkunu wkoll reali, u għalkemm huma bosta li se joqogħdu l’ bogħod milli jiltaqgħu mal-oħrajn, ħafna huma dawk li se jiltaqgħu.

Importanti dejjem inħeġġu li ma jkunx hemm esaġerazzjonijiet. Donnu meta bniedem ikun ferħan, jinsa xi ftit, u jgħannaq jew jieħu b’idejn xulxin. Min jaf kemm diġà ġratilkom illum?!

Suġġerimenti għal dawk li jinsabu ġewwa; hemm ukoll kif tiddeverti u tħossok fl-ispirtu tal-Milied. Forsi tqalleb xi album tar-ritratti li llum qed isiru rari minħabba t-teknoloġija. Forsi tqalleb il-facebook tiegħek stess u tara ritratti li jmorru lura għall-2009 (iż-żmien meta beda jsir popolari l-iżjed facebook f’Malta). Bla dubju, bosta huma dawk l-għaqdiet speċjalment tal-baned li se jagħtu xi xandiriet live. Xi ħaġa jafu jorganizzaw dejjem is-soċjetajiet mużikali tagħna l-Maltin u l-Għawdxin. Se jixxandru wkoll quddiesiet diversi minn parroċċi mxerrda f’pajjiżna.

Forsi tara anke xi film klassiku tal-Milied; jiġuna f’moħħna Home Alone, Miracle on the 34th Street, the Grinch jew The Christmas Chronicles. Għat-tfal, Polar Express donnu baqa’ popolari sew.

Xi telefonata lil xi ħabib jew ħabiba antika li ilek ma tara jew tkellem. U forsi min jaf, huwa mument li terġa’ tibni pont ma’ dawk li forsi llattikajt tul is-sena jew fl-aħħar snin.

Awguri għal Milied verament ħieni u qaddis.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com