Kollox Jinsab Lest Sabiex Għada Jsir Il-Funeral Storiku Tal-Granmastru Fra Matthew Festing

 Kollox Jinsab Lest Sabiex Għada Jsir Il-Funeral Storiku Tal-Granmastru Fra Matthew Festing

Kollox jinsab lest sabiex għada jsir il-funeral tad-79 Granmastru tal-Ordni Sovrana ta’ Malta Fra Matthew Festing, li miet f’Malta fit-12 ta’ Novembru fl-età ta’ 71 sena.

Dan il-funeral qed jitqies bħala storiku, minħabba li ilu iktar minn 230 sena ma jsir funeral ta’ Granmastru f’Malta u iktar minn 400 sena ma jindifen Granmastru fil-Kripta tal-Kon Katidral ta’ San Ġwann.

F’din il-kripta hemm midfuna tnax-il Granmastru, bl-aħħar wieħed kien il-Gran Mastru Luís Mendes de Vasconcellos fl-1623. Wara dakinhar il-Kavallieri, bdew jidfnu il-Granmastru fil-Kappelli rispettivi fil-Kon-Katidral, skont il-Lingwa tagħhom.

Dan il-funeral se jkun mxandar ukoll fuq TVMnews+ b’mod dirett, bi trażmissjoni li se tibda għall-ħabta tas-1.15pm. Matulha se jkun qed jixxandar it-tluq tal-korteo funebri mill-Ispter Mater Dei, il-wasla tal-għola awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom il-President, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni, kif ukoll 4 membri tal-familjari ta’ Fra Festing, u membri mill-Gvern tal-Ordni, ewlenin fosthom il-Logotenent tal-Granmastru Fra Marco Luzzago. Il-quddiesa li tibda fis-2:00pm se titmexxa mid-Delegat Speċjali tal-Papa l-Kardinal Silvano Tomasi u l-Arċisqof Charles J Scicluna.

Ritratti: DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com