L-Armenja Tirbaħ Il-Junior Eurovision – Malta Tikklassifika Fit-12-il Post
Illum wara nofs in-nhar il-kantanti ċkejknin Ike Mizzi u Kaya Gouder Curmi taw prestazzjoni mill-aqwa bid-diska ‘My Home’ fil-Junior Eurovision Song Contest ġewwa Pariġi.
B’vuċi u interpretazzjoni mill-aqwa tal-kanzunetta, Ike u Kaya klassifikaw fit-12-il post, b’97 punt.
Ir-rebbieħa tal-Junior Eurovision Song Contest għal din is-sena kienu l-Armenja bil-kanzunetta ‘Qami Qami’ kantata minn Maléna li rebħet b’total ta’ 224 punt.
Fit-tieni post klassifikat il-Polonja b’218-il punt u fit-tielet post ġiet Franza b’187 punt.
Huwa stmat li l-voti tal-pubbliku waqt dan il-festival daħlu minn 199 pajjiż differenti.
Minkejja r-riżultat, Ike Mizzi u Kaya Gouder Curmi taw wirja eċċellenti matul is-serata u għamlu ġieħ lil Malta.
Għal Malta din kienet is-17-il darba li ħadet sehem fih. Malta rebħet il-Junior Eurovision darbtejn. L-ewwel darba fl-2013 permezz ta’ Gaia Cauchi u fl-2015 permezz ta’ Destiny Chukunyere.
Prosit Ike u Kaya!
Din hija l-kanzunetta rebbieħa:
Din hija l-kanzunetta Maltija: