L-Iskejjel Se Jkunu Qed Jiftħu B’Mod Fiżiku Fl-10 Ta’ Jannar
Wara li saru diversi laqgħat jidher li dalgħodu f’laqgħa bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni, il-unjins u l-awtoritajiet tas-saħħa jidher li ntlaħaq qbil dwar kif se jkunu qed jerġgħu jiftħu l-ikejjel.
L-iskejjel se jkunu qed jiftħu b’mod fiżiku fl-10 ta’ Jannar.
Madanakollu dawk l-istudenti li kienu ħa jirritornaw lura nhar il-Ħamis 6 ta’ Jannar se jkunu qed jagħmlu dan b’lezzjonijiet online fis-6 u s-7 ta’ Jannar. Il-bibien tal-iskejjel jerġgħu jiftħu għall-istudenti b’mod fiżiku nhar it-Tnejn 10 ta’ Jannar 2022.
Fil-każ tal-Università jidher li s’issa huma l-practicals li se jkunu qed isiru b’mod fiżiku. Rigward il-lectures jekk hux se jsiru fl-Università jew online se jkunu qed jirċievu deċiżjoni fil-jiem li ġejjien mill-fakultà tagħhom.