Lockdown Fil-Ġermanja Għal Dawk Li Mhux Mlaqqma Kontra L-Covid-19

 Lockdown Fil-Ġermanja Għal Dawk Li Mhux Mlaqqma Kontra L-Covid-19

Fil-Ġermanja ġie deċiż li jiżdiedu l-miżuri għal dawk il-persuni mhux imlaqqma kontra l-Covid-19.

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel illum ħabret li dawk il-persuni li ma’ ħadux il-vaċċin mhux ħa jkunu jistgħu jidħlu f’ħwienet mhux essenzjali, restoranti, postijiet kulturali u postijiet ta’ divertiment. Hija qalet li dawn il-persuni għandhom jibqgħu ġewwa ħlief għal ħtiġijiet bażiċi.

Merkel ħabret ukoll li bħal issa għaddejjin diskussjonijiet sabiex il-vaċċin isir wieħed mandatorju fix-xhur li ġejjien.

S’issa fil-Ġermanja hemm 68.7% tal-popolazzjoni mlaqqma kontra l-Covid-19.

Ritratt: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com