Mara Tweġġa’ Gravi F’Inċident F’Birkirkara

 Mara Tweġġa’ Gravi F’Inċident F’Birkirkara

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta nieqes kwart ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Karm, f’Birkirkara.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Piaggio Vespa GTS misjuq minn raġel ta’ 60 sena residenti l-Imsida u Toyota Funcargo, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 58 sena, residenti Birkirkara. Fuq ilmutur kien hemm ukoll mara ta’ 53 sena residenti l-Imsida.

Il-mara li kienet fuq il-mutur ingħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com