Maratona Ta’ 30 Siegħa Fuq 103 Malta’s Heart B’Riżq Id-Dar Tal-Providenza
Fit-30 ta’ Diċembru, propju nhar il-Ħamis li ġej fis-6.00am ser tibda maratona ta’ 30 siegħa b’riżq id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.
Din ser titmexxa minn Arthur Caruana, Ian Busuttil Naudi u Ron Briffa; ilkoll ismijiet li m’għandhom bżonn tal-ebda introduzzjoni.
Intom tistgħu tkunu parti billi tagħtu d-donazzjonijiet qalbiena tagħkom għal din il-kawża ġusta.
Agħti s-sapport tiegħek ukoll billi tibgħat SMS fuq 5061 8922 u tagħti donazzjoni ta’ €7. FL-SMS TINSIEX TIKTEB 103 Malta’s Heart!