Mil-Lum L-Attivitajiet Jistgħu Jkunu Organizzati Bilqiegħda Biss

Mil-lum jidħlu fis-seħħ il-miżuri li tħabbru nhar il-Ħamis mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Waqt din l-istess konferenza kien tħabbar b’mod uffiċjali li l-varjant tal-Omicron kien instab f’Malta.
Mil-lum ma jistgħux isiru aktar attivitajiet bil-wieqfa. Dawn iridu jsiru kollha bilqiegħda.
Mil-lejla wkoll kull stabbiliment irid jkun magħluqa sas-1:00am.
L-attivitajiet sportivi wkoll ġew affettwati hekk kif mil-lum iridu jsiru mingħajr spettaturi.
Apparti dawn il-miżuri ġew affettwati wkoll il-ħinijiet taż-żjarat fl-Isptar Mater Dei. Mil-lum dawn jistgħu jsiru kuljum bejn il-5:00pm u s-6:00pm. Viżitatur wieħed biss se jitħalla jidħol mal-pazjent.
Intant, kull persuna li għandha ‘il fuq minn 18-il sena mil-lum tista’ tapplika għad-doża tal-booster.
Ritratt: Reuters