Minkejja Li Kellha L-Ewwel Vaċċin, Ir-Russja Taqa’ Lura Fl-Għoti Tiegħu

 Minkejja Li Kellha L-Ewwel Vaċċin, Ir-Russja Taqa’ Lura Fl-Għoti Tiegħu

Ir-Russja kienet l-ewwel pajjiż li ħarġet b’vaċċin kontra l-Covid-19 (Sputnik) anke jekk kien hemm kontroversja dwaru iżda li ġie kkonfermat u aċċettat iżjed tard.

Madanakollu, ir-rata ta’ vaċċinazzjoni fil-pajjiż hija waħda baxxa u fqira fejn l-infezzjonijiet u l-imwiet ta’ kuljum huma ta’ rata għolja ħafna.

Madwar 40% biss minn popolazzjoni ta’ 146 miljun huma vvaċċinati totalment.

Hemm bosta spekulazzjonijiet ukoll dwar il-mod kif ir-Russja twassal l-aħbarijiet tas-sitwazzjoni tal-pajjiż fejn jingħad li mhux kollox jingħad.

Ritratt: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com