Minn Idea Għal Realtà … Araw X’Ħolqot Julianne Marie Brincat
“Minn idea, għal sketch u ħafna ħsieb. Minn ħolma u ħsibijiet dwar dan id-disinn li saret reali. Reali għaliex mid-disinn li ħlomt, ħloqtu, u ħareġ dak li kelli eżatt f’moħħi.’
Hekk qaltilna Julianne Marie Brincat; l-artista u disinjattriċi tal-linja Kreattiva Designs li tipproduċi bosta materja bis-suġġett Malti u tradizzjonali.
Saħqet magħna li jiġuha bosta ideat b’mod speċjali matul illejl meta tkun għall-kwiet, kuluri li tarahom jiżfnu u jieħdu xejra ta’ disinn f’moħħha.
Dan partikolari li qed naraw fir-ritratt, jisimbolizza l-famuża għajn tal-luzzu Malti tas-sajjieda Maltin u Għawdxin fejn kienu jemmnu li tipproteġiehom mill-maltemp. Tenniet li hemm diversi verżjonijiet differenti dwar din l-għajn.
“B’dan id-disinn żewwaqt ‘poncho’ magħmul minn materjal imħallat bejn polyseter u suf, waqt li x-xalla hija magħmulha minn chiffon, il-basket huwa tas-satin u l-ġilda. Taħlita ta’ materjali li jżewqu kull prodott meqjus għall-partikolarijiet u wżu tiegħu.”
Għal aktar informazzjoni idħlu hawn: https://m.facebook.com/juliannemariekreattivadesigns
Awguri Julianne.