Mis-Sibt Li Ġej Il-Maskra Trid Tintlibes Kullimkien

Mis-Sibt li ġej, il-maskra trid tinlibes kullimkien anki f’postijiet pubbliċi u fil-miftuħ. Hekk tħabbar illum minn Chris Fearne; Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Spjega kif sal-lum, jidher li f’Malta għad m’għandniex każijiet tal-varjant il-ġdid, Omicron iżda spjega kif bħalma ġara bid-Delta, wieħed jistenna li fiż-żmien li ġej l-Omicron jidħol ukoll f’Malta.