Naxxar Lions FC Jitkellmu Dwar Is-Sitwazzjoni Tal-Grawnd U l-Klabb Għalkemm Jinsabu Fl-Ewwel Post

 Naxxar Lions FC Jitkellmu Dwar Is-Sitwazzjoni Tal-Grawnd U l-Klabb Għalkemm Jinsabu Fl-Ewwel Post

Fuq il-midja soċjali ta’ Naxxar Lions FC intqal li wara li l-klabb talab li ssir laqgħa mal-gvern dwar is-sitwazjoni attwali tal-klabb, saret din il-laqgħa l-ġimgħa li għaddiet.

Intqal li kif kulħadd jaf, il-gvern kien ħa l-art li kellu l-klabb f’żona ta’ żvilupp bil-premessa li jiġi mgħoddi t-titlu ta’ art oħra li kien hemm qbil fuqha u li sa issa għadhom jistennew.

“Il-klabb dejjem kien ċar li l-użu ta’ faċilitajiet sportivi ġodda tal-iskola ma kellhomx iwaqqfu l-klabb milli jieħu lura l-art b’titlu li kien diġà hemm ftehim fuqu.

Għaldaqstant kellna wkoll inbaxxu rasna għas-sentenza tal-kirjiet, fejn il-klabb tan-Naxxar issa spiċċa bla każin”, inkiteb fuq il-midja soċjali.

Tennew li issa, iżjed minn qatt qabel huwa importanti li l-klabb ikollu l-faċilitajiet tiegħu li minnhom ikun jista’ jiġġenera introjtu biex ikun jista’ jibqa’ jikkompeti u jipparteċipa fil-kompetizzjonijiet tal-MFA.

Semmew ukoll li f’din il-laqgħa li saret mal-Onor. Clifton Grima, ġie maqbul li se terġa’ ssir laqgħa fil-bidu ta’ Jannar li ġej.

“Il-klabb għamilha ċara li mhux aċċettabbli iżjed dewmien fuq din il-kwistjoni u għalhekk jekk mhux se jkun hemm żviluppi, ser tissejjaħ laqgħa straordinajra mal-membri.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com