Qed Tfittex Xi Ħaġa Ta’ Divertiment X’Tagħmel F’Dawn Il-Vaganzi Tal-Milied?

 Qed Tfittex Xi Ħaġa Ta’ Divertiment X’Tagħmel F’Dawn Il-Vaganzi Tal-Milied?

Qed tfittex xi ħaġa ta’ divertiment x’tagħmel f’dawn il-vaganzi tal-Milied?

Mela żomm l-Erbgħa t-22 ta’ Diċembru  u rriserva l-biljetti tiegħek għal Disco Royale ġewwa SkyClub.

Kunċert ikkulurit u divertiment b’differenza, għal udjenza ta’ kull età. Brass House Unit jippreżentaw Disco Royale, bil-parteċipazzjoni tal-Malta Philharmonic Orchestra u mistieden speċjali DJ Carl Bee.

Ir-repertorju jinkludi wħud mill-aktar diski disco popolari tas-snin 60 u 70.

Wara żewġ kunċerti varjati ta’ suċċess, din id-darba Brass House Unit se jingħaqdu mal-prestiġjuża u rinomata Orkestra Filarmonika ta’ Malta, fejn se jinterpretaw disgħin minuta ta’ mużika bla waqfien irranġata speċifikament għal BHU u orkestra, li tinkludi diski tal-Milied popolari għall-ispirtu festiv.

Disco Royale huwa esperjenza unika u pjaċevoli li mhux ta’ min jitlifha.

L-udjenza għandha l-għażla u l-opportunità li tilbes bit-tema “Boogie”, li bih f’dik il-lejla jistgħu jintrebħu €500 għall-aħjar u l-aktar kostum kreattiv! Lesti għall-Boogie?

Disco Royale se jsir skont il-miżuri ta’ sikurezza kollha tal-COVID sabiex jiġi żgurat ambjent pjaċevoli iżda sikur għal dawk kollha li jattendu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com