Raġel Jinsab Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ Sular U Nofs Fil-Marsa
Ħaddiem weġġa’ gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ sular u nofs waqt li kien qed jaħdem fuq pannelli solari ġo fabbrika.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar, fil-Qasam Industrijali tal-Marsa.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel, li l-identità tiegħu għadha m’hiex magħrufa, weġġa’ wara li waqa’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ġewwa fabbrika.
Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Fi stqarrija l-Awtorità għas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol qalet li qed tinvestiga dan il-każ.