Raġel Jintlaqat Minn Vettura Fi Triq San Nikola F’Bormla
![Raġel Jintlaqat Minn Vettura Fi Triq San Nikola F’Bormla](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/06/ambulanza-4-850x560.jpg)
Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tlieta u kwart ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq San Nikola, Bormla.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 68 sena residenti Bormla stess weġġa’ wara li ntlaqat minn vettura Mazda 2, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.