Raġel Ta’ 30 Sena Tilef Ħajtu Wara li Waqa’ Minn Għoli Mill-Ġnien Ta’ Hastings Fil-Belt
Sfortunatament raġel ta’ 30 sena minn Birkirkara tilef ħajtu traġikament wara li lbieraħ filgħaxija allegatament waqa’ minn għoli mill-Ġnien ta’ Hastings fil-Belt.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta u kwart ta’ filgħaxija, meta il-Pulizija ġiet infurmata li kienet intlemħet persuna mal-art fil-foss ta’ San Ġakbu.
Xi rapporti qed jgħidu li ftit qabel l-każ ir-raġel kien bilqiegħda fuq is-swar u żelaq għal isfel.
Tim mediku ssejjaħ fuq il-post iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Elaine Mercieca filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.