Raġel Ta’ 39 Sena Rrapportat Nieqes – L-Aħħar Li Deher Kien F’Birżebbuġa

Il-Pulizija qed tfittex lil Ahmed Adawe Diriye, Somalu ta’ 39 sena, residenti Birżebbuġa li ġie rrappurtat nieqes.
Huwa deher l-aħħar fl-20 ta’ Diċembru li għadda f’Birżebbuġa.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.