Raġel Ta’ 48 Sena Weġġa’ Gravi Wara Li Nqaleb Bil-Karozza F’Għawdex

 Raġel Ta’ 48 Sena Weġġa’ Gravi Wara Li Nqaleb Bil-Karozza F’Għawdex

Raġel ta’ 48 sena sofra ġrieħi gravi f’aċċident tat-traffiku, f’Għawdex.

L-aċċident seħħ ilbieraħ, għal xi disgħa u kwart ta’ filgħaxija, fi Triq il-Belliegħa, ir-Rabat, Għawdex.

Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 48 sena mix-Xewkija, Għawdex, weġġa’ waqt li kien qiegħed isuq vettura tat-tip Hyundai Accent, tilef il-kontroll u inqaleb.

Fl-inċident, vettura oħra tal-għamla Nissan Qashqai, li kienet ipparkjata sofriet xi ħsarat.

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com