Rekord Ieħor Ta’ 1,298 Każ Ġdid Ta’ Covid F’Malta – Il-Persuni Fl-Isptar Jibqgħu Baxxi
L-għadd ta’ persuni li nstabu pożittivi għall-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa kien ta’ 1,298 persuna, filwaqt li fiequ 82 persuna oħra. B’hekk, l-ammont totali ta’ persuni bil-virus attwalment huwa ta’ 7,735.
B’kollox hemm 82 persuna rikoverati fl-isptar Mater Dei li minnhom hemm 5 persuni fl-ITU.
In-numru ta’ mwiet baqa’ 476 wara li mill-bieraħ ‘l hawn ma mietet l-ebda persuna oħra waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.
Sal-bieraħ kienu ngħataw total ta’ 198,772 dożi tal-booster.
Ritratt: euractiv.com